Il-Knisja – Insara mhux Kattoliċi

9. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 8 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar katekeżi fittixna li nixħtu dawl fuq in-natura u l-ġmiel tal-Knisja, u staqsejna xi jfisser għal kull wieħed u waħda minna li nagħmlu parti minn dan il-poplu, il-poplu ta’ Alla li hu l-Knisja. Imma ma rridux ninsew li hemm tant aħwa li magħna jaqsmu l-fidi fi Kristu, imma li jagħmlu parti minn konfessjonijiet oħra jew minn tradizzjonijiet differenti minn tagħna. Ħafna rrassenjaw ruħhom għal din il-firda – anki fil-Knisja Kattolika tagħna hemm min irrassenja ruħu – li matul il-medda ta’ l-istorja spiss kienet kawża ta’ kunflitti u ta’ tbatijiet, anki ta’ gwerer, u din hi ħaġa tal-mistħija! Anki l-lum ir-relazzjonijiet m’humiex dejjem immarkati mir-rispett u l-ħlewwa… Imma nistaqsi: Aħna x’qegħdin nagħmlu quddiem dan kollu? Anki aħna rrassenjati, jekk mhux ukoll indifferenti quddiem din il-firda? Jew nemmnu bil-qawwa li nistgħu u għandna nimxu fid-direzzjoni tar-rikonċiljazzjoni u tal-komunjoni sħiħa? Il-komunjoni sħiħa, jiġifieri li nkunu nistgħu nieħdu sehem ilkoll flimkien mill-ġisem u d-demm ta’ Kristu. Continue reading Il-Knisja – Insara mhux Kattoliċi