Kuntatt mal-Monasteru San Pietru fl-Imdina.

Syntagma32Kitba ta’ Joe Flask

Is-Sorijiet Benedittini tal-Klawsura tal-Monasteru San Pietru-Mdina, bħal kull Monasteru ieħor klawstrali, ftit ikollhom kuntatt ma’ barra, u kienu ilhom jaħsbu dwar il-mod kif setgħu jaqsmu mas-soċjeta’ Maltija, tagħrif fuq il-Monasteru li tnieda fil-bidu tas-seklu XV, il-ħajja Monastika Benedittina u dak kollu marbut mad-Dinja Benedittina f’Malta u Barra. Għalhekk f’Jannar 2007 kienet pubblikata l-ewwel ħarġa ta’ SYNTAGMA, kelma ġejja mill-Grieg li fid-dokumenti antiki kienet nota fin-noti li kienet tispjega aħjar u iktar fid-dettal fuq dak li jkun inkiteb u lki qed jingħata tagħrif dwaru. Continue reading Kuntatt mal-Monasteru San Pietru fl-Imdina.