Il-Papa f’Santa Marta: Il-fidi m’għandhiex tkun ħaġa kożmetika, li jgħodd hija l-karità konkreta

It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru 2014: Ħajjitna hi ħajja kristjana kożmetika, li tidher, jew hi ħajja kristjana ta’ fidi mehdija fil-karità?  Il-Papa Franġisku staqsa din id-domanda fi tmiem l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta.  Il-fidi, afferma l-Papa, mhix biss li tgħid il-Kredu imma titlob minna li nitbiegħdu mix-xeħħa u r-regħba biex nagħrfu nagħtu lill-oħrajn, speċjalment jekk huma fqar. Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Il-fidi m’għandhiex tkun ħaġa kożmetika, li jgħodd hija l-karità konkreta