L-Imqaddsa Ommna l-Knisja Ġerarkika

13. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 5 ta’ Novembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Smajna x’jgħid l-Appostlu Pawlu lill-Isqof Titu. Imma kemm virtujiet għandu jkollna aħna l-isqfijiet? Kollha smajniehom, le? M’hux faċli, m’hux faċli, għax aħna midinbin. Imma nafdaw ruħna f’idejn it-talb tagħkom, biex forsi ta’ l-inqas noqorbu lejn dawn il-ħwejjeġ li l-Appostlu Pawlu jissuġġerixxi lill-isqfijiet kollha. Tajjeb? Titolbu għalina? Continue reading L-Imqaddsa Ommna l-Knisja Ġerarkika