Il-Papa f’Santa Marta: Skandli qatt, maħfra dejjem, fidi soda

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru 2014: Kull Nisrani, hi x’inhi l-vokazzjoni tiegħu, għandu jkun jaf jaħfer u qatt ma jagħti skandlu, għax l-iskandlu jeqred il-fidi. Il-Papa Franġisku għamel din l-affermazzjoni fil-kummenti dwar il-qari tal-quddiesa tal-lum, waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Aħjar tintefa’ l-baħar b’ġebla tat-tħin ma’ għonqok. Ġesù jippreferi juża din ix-xbieha iebsa minflok espressjoni aktar mielsa meta jgħid lid-dixxipli x’jaħseb dwar min jagħti skandlu lill-oħrajn, speċjalment jekk dawn ikunu persuni dgħajfa. Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Skandli qatt, maħfra dejjem, fidi soda