Il-Knisja: Isqfijiet, Presbiteri u Djakni

14. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 12 ta’ Novembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

Fil-katekeżi li għaddiet rajna kif il-Mulej jissokta jirgħa l-merħla tiegħu permezz tal-ministeru ta’ l-isqfijiet, megħjuna mill-presbiteri u d-djakni. Fihom Ġesù jagħmel ruħu preżenti, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu tiegħu, u jissokta jaqdi lill-Knisja, billi jqawwi fiha l-fidi, it-tama u x-xhieda tal-karità. Dawn il-ministeri għalhekk huma don kbir tal-Mulej lil kull komunità Nisranija u lill-Knisja kollha, għax huma sinjal ħaj tal-preżenza tiegħu u ta’ mħabbtu. Continue reading Il-Knisja: Isqfijiet, Presbiteri u Djakni