Il-Knisja: Sejħa Universali għall-Qdusija

15. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 19 ta’ Novembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Rigal kbir tal-Konċilju Vatikan II kien dak li reġa’ tana viżjoni tal-Knisja mwaqqfa fuq il-komunjoni, u li fid-dawl ta’ din il-perspettiva ta interpretazzjoni ġdida tal-prinċipju ta’ l-awtorità u tal-ġerarkija. Dan għenna nifhmu aħjar li l-Insara kollha, bħala mgħammdin, għandhom l-istess dinjità quddiem Alla u għandhom sejħa komuni, li hi dik għall-qdusija (ara Kostituzzjoni Lumen gentium, 39-42). Issa nistaqsu: Fiex tikkonsisti s-sejħa universali għall-qdusija? U kif nistgħu nwettquha? Continue reading “Il-Knisja: Sejħa Universali għall-Qdusija”