Il-Papa f’Dar Santa Marta: Nimxu l-Avvent mal-omeliji tal-Papa Franġisku.

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru 2014: Issa li l-Milied qed joqrob, il-Papa Franġisku qed jinkludi, fl-omelija tal-quddiesa li jqaddes filgħodu, grazzji partikolari li l-Kattoliċi għandhom jitolbu hekk kif jippreparaw għall-Milied. Nhar it-2 ta’ Diċembru 2014, il-Papa Franġisku għalaq l-omelija tiegħu fil-kappella tar-residenza tiegħu, billi qal lill-kongregazzjoni żgħira miġbura, ‘Ejja nitolbu lill-Mulej matul dan l-Avvent biex jiġbidna aktar lejH, aktar lejn il-misteru tiegħu u biex jagħmel hekk fuq il-mogħdija li jixtieq minna: il-mogħdija tal-umiltà, il-mogħdija tal-manswetudni, il-mogħdija tal-povertà, il-mogħdija tal-għarfien li aħna midinbin.’ Continue reading “Il-Papa f’Dar Santa Marta: Nimxu l-Avvent mal-omeliji tal-Papa Franġisku.”