Il-Papa f’Santa Marta: Il-Knisja hija omm, m’għandhiex bżonn organizzazzjoni perfetta

It-Tlieta, 9 ta’ Diċembru 2014: Il-ferħ tal-Knisja hi li tkun omm, li tmur tfittex in-nagħaġ mitlufa. Hekk afferma dalgħodu l-Papa Franġisku waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta. Franġisku żied li l-Knisja m’għandhiex bżonn organizzazzjoni perfetta jekk imbagħad tkun imdejqa u magħluqa, jekk ma tkunx omm. Għalhekk il-Papa stedinna biex inkunu Nsara ferħanin bil-faraġ tat-tenerezza ta’ Ġesù, biex niftħu qlubna għall-faraġ tal-Mulej. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Il-Knisja hija omm, m’għandhiex bżonn organizzazzjoni perfetta”