Il-Familja, Nazaret

2. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 17 ta’ Diċembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Is-Sinodu ta’ l-Isqfijiet fuq il-Familja, li għadu kemm ġie ċċelebrat, kien l-ewwel pass f’mixja, li tagħlaq f’Ottubru li ġej biċ-ċelebrazzjoni ta’ Assemblea oħra fuq it-tema “Vokazzjoni u missjoni tal-familja fil-Knisja u fid-dinja”. Fit-talb u r-riflessjoni li għandhom jakkumpanjaw din il-mixja jidħol il-Poplu kollu ta’ Alla. Nixtieq li anki l-meditazzjonijiet tas-soltu fl-udjenzi ta’ nhar ta’ Erbgħa jidħlu f’din il-mixja komuni. Għalhekk iddeċidejt li nirrifletti flimkien magħkom, matul din is-sena, propju fuq il-familja, fuq dan id-don kbir li l-Mulej għamel lid-dinja sa mill-bidu tagħha, meta ta lil Adam u Eva l-missjoni li jkattru u jimlew l-art (ara Ġen 1:28). Dak id-don li Ġesù kkonferma u ssiġilla fil-vanġelu tiegħu. Continue reading “Il-Familja, Nazaret”