Il-Familja, Il-Missier

4. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 28 ta’ Jannar 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Nerġgħu naqbdu l-mixja tagħna ta’ katekeżi fuq il-familja. Il-lum inħallu tmexxina l-kelma “missier”. Kelma li għalina l-Insara hi egħżeż minn kull kelma oħra, għax dan hu l-isem li bih Ġesù għallimna nsejħu lil Alla: missier. Is-sens ta’ dan l-isem kiseb qawwa ġdida meta Ġesù użah biex idur lejn Alla u juri r-relazzjoni speċjali tiegħu miegħU. Il-misteru mbierek mill-intimità ta’ Alla, Missier, Iben u Spirtu, muri minn Ġesù, hu l-qalba tal-fidi Nisranija tagħna. Continue reading “Il-Familja, Il-Missier”