Il-Familja, L-Omm

3. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 7 ta’ Jannar 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba. Il-lum sa nkomplu bil-katekeżi tagħna fuq il-Knisja u nagħmlu riflessjoni fuq il-Knisja omm. Il-Knisja hi omm. Ommna l-Knisja mqaddsa.

F’dawn il-jiem il-liturġija tal-Knisja qiegħdet quddiem għajnejna l-ikona tal-Verġni Marija Omm Alla. L-ewwel jum tas-sena hu l-festa ta’ Omm Alla, u warajha tiġi l-Epifanija, bit-tifkira taż-żjara tal-Maġi. Jikteb l-evanġelista Mattew: “Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija, inxteħtu fl-art iqimuh” (Mt 2:11). Hi l-Omm li, wara li nisslitu, tippreżenta lid-dinja ’l-Iben tagħha. Hi tagħtina lil Ġesù, hu turina lil Ġesù, hi ddaħħalna naraw lil Ġesù. Continue reading “Il-Familja, L-Omm”