Aktar milli ġudizzju l-qrar irid ikun laqgħa ma’ Alla


Il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Il-qrar mhuwiex ġudizzju iżda laqgħa ma’ Alla li jaħfer u jinsa kull dnub ta’ kull bniedem li ma jegħjiex jitlob il-ħniena tiegħU. Dan kien il-ħsieb ewlieni tal-omelija li l-Papa Franġisku għamel dalgħodu fid-Dar Santa Marta.

Il-Papa kompla jgħid li din il-ħidma ta’ Alla hija ħidma sabiħa għaliex hija rikonċiljari. Għaliex Alla tagħna jaħfer kull dnub, jaħfer dejjem, jagħmel festa meta xi ħadd jitlob maħfra, u jinsa kollox.

Il-Papa Franġisku rrifletta dwar is-silta mill-Ittra ta’ San Pawl lil-Lhud li fiha l-Appostlu jitkellem b’mod insistenti dwar il-patt il-ġdid li għamel Alla mal-poplu tiegħU u l-omelija minn hemm saret meditazzjoni mħeġġa dwar il-maħfra.

Alla jaħfer dejjem. Alla jagħżel li jibgħat lil Ġesù biex iwaqqaf patt ġdid mal-umanità u l-fus ta’ dan il-patt huwa fundamentalment wieħed: il-maħfra – maħfra li għandha ħafna karatteristiċi.

L-ewwel nett, Alla jaħfer dejjem! Ma jegħjiex jaħfer. Aħna negħjew nitolbu maħfra iżda Hu ma jegħja qatt. Meta Pietru kien staqsa lil Ġesù kemm-il darba wieħed għandu jaħfer, Ġesù wieġbu: ‘mhux seba’ darbiet iżda sebgħa u sebgħin darba’, jiġifieri dejjem. Hekk jaħfer Alla: dejjem. Għalhekk, jekk bniedem għex ħajja mimlija dnubiet, mimlija affarijiet koroh, iżda fl-aħħar jitlob maħfra bi ndiema, Alla jaħfirlu minnufih. Alla jaħfer dejjem.

Iżda jista’ jkun hemm id-dubju fil-qalb tal-bniedem dwar kemm Alla huwa lest li jaħfer. Il-Papa hawnhekk tenna: biżżejjed li tindem u titlob maħfra; m’hemmx ħlas mitlub għaliex Kristu diġà ħallas għalina. Il-mudell huwa l-iben il-ħali tal-parabbola, li nidem u ħejja diskors li kellu jagħmel lil missieru. Iżda dan lanqas jagħtih ċans jitkellem għax iħaddnu miegħu.

Alla jaħfer kollox u jinsa.

M’hemmx dnub li Alla ma jaħfirx. Alla jaħfer kollox, għalhekk mhux veru meta xi ħadd jgħid li ma jmurx iqerr għax għamel wisq dnubiet. Jekk bniedem jersaq lejn il-qrar b’qalb niedma, kollox jinħafer. Hekk kif il-bniedem jibda jitlob maħfra, jibda jħoss fih il-ferħ tal-maħfra qabel ma jkun stqarr kollox.

Il-Papa kompla jgħid li meta Alla jaħfer, huwa jagħmel festa u jinsa. Għaliex dak li Alla jagħti kas tiegħu, huwa li jiltaqa’ magħna.

Il-qrar mhux ġudizzju iżda laqgħa. Hawnhekk il-Papa Franġisku ssuġġerixxa eżami tal-kuxjenza għas-saċerdoti fil-konfessinarju. Jien lest naħfer kollox? Li ninsa d-dnubiet ta’ dik il-persuna?

Aktar milli ġudizzju, il-qrar irid ikun laqgħa. Ħafna drabi l-qrar jista’ jidher bħala formalità… ħafna kliem u lesti! Kollox mekkaniku. Iżda l-laqgħa mal-Mulej li tirrikonċilja, li tħaddnek u tagħmel festa, fejn hi? Dan hu Alla tagħna, Alla tajjeb.

U għalhekk importanti li ngħallmu lil uliedna jqerru sew għaliex il-qrar mhuwiex xi magna tal-ħasil biex tneħħi t-tbajja’. Il-qrar huwa laqgħa mal-Missier li jgħaqqad, jaħfer u jagħmel festa.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.