L-Arċisqof-elett jiċċelebra Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħal Lija

Nhar is-Sibt 28 ta’ Frar 2015:  L-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna iċċelebra quddiesa fil-knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija. Fost dawk preżenti kien hemm il-ġenituri ta’ Mons. Scicluna, li flimkien miegħu huma residenti f’dan ir-raħal. F’isem il-parroċċa, l-kappillan offra lill-Eċċellenza Tiegħu rigal ta’ tifkira.

Continue reading L-Arċisqof-elett jiċċelebra Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħal Lija

L-ewwel messaġġ tal-Arċisqof-elett Charles J. Scicluna lill-Poplu Malti

L-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Charles J. Sciscluna, iben Emanuel u Maria Carmela née Falzon, twieled f’Toronto, il-Kanada, fil-15 ta’ Mejju 1959. Il-familja Scicluna waslet Malta fl-1960 u għal diversi snin kienet toqgħod Ħal Qormi sakemm marret toqgħod Ħal Lija fl-1976.

Continue reading L-ewwel messaġġ tal-Arċisqof-elett Charles J. Scicluna lill-Poplu Malti

L-Arċisqof-elett imexxi pellegrinaġġ penitenzjali f’Tas-Sliema

Il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2015: L-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ penitenzjali bix-xbieha tal-Ecce Homo, li telaq mill-knisja ta’ Stella Maris u ntemm fil-knisja ta’ St Patrick’s, Tas-Sliema. Matul dan il-pellegrinaġġ saret riflessjoni mill-Arċisqof u l-pellegrinaġġ intemm bil-Barka Sagramentali.

Continue reading L-Arċisqof-elett imexxi pellegrinaġġ penitenzjali f’Tas-Sliema

Il-ġrajjiet li qed iseħħu huma sejħa urġenti għall-indiema.

Il-ġrajjiet tal-qtil tal-insara b’mod barbaru, “sempliċiment għax huma nsara”, bħal dak li ġara fil-Libja  lill-insara Kopti tal-Eġittu, jfakkar fi kliem Ġesù meta staqsewh dwar il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji:

“Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. [Lq 13 :3]

Ara din l-intervista qasira ma’ Fr Bishoy Andrawes, Qassis Kopt [20 Frar 2015].  Wara napprezzaw il-kummenti tieghek … Continue reading Il-ġrajjiet li qed iseħħu huma sejħa urġenti għall-indiema.

The Miracle Worker

L-imħabba lejn it-tfal tista’ tieħu forom differenti.  Ġrajja drammatika bażata fuq l-awtobiografija ta’ Helen Keller, The Story of my Life.   Film mimli mumenti ta’ tensjoni u emozjoni li juri lil Helen, tifla għamja u truxa fil-kuntest tal-imħabba li kellhom lejha l-familjari tagħha f’kuntrast ma’ dik tal-edukatriċi, Annie Sullivan.  Il-film li għandu messaġġ qawwi, anke għas-soċjetà ta’ żmienna li bħal donnu mhux dejjem tifhem li biex tħobb tassew trid tkun kapaċi wkoll taħsel għajnejk bid-dmugħ.

Wara li tkun rajt il-film, napprezzaw il-kummenti tieghek.  https://laikosorg.wordpress.com/laikos-cine-forum/

Lectio Divina għall-Ewwel Ħadd tar-Randan

Lectio Divina minn Fr Martin Micallef OFM Cap dwar l-Evanġelju tal-Ewwel Ħadd tar-Randan, Sena B. [Mk 1:12-15] Saret fil-Knisja tal-Kappuċċini, Floriana, il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2015. Il-filmat sar b’inizjattiva tas-Segretarjat għall-Lajċi. Produzzjoni mill-Media Centre, Malta.   –   Wara li tkun smajt u rriflettejt u tlabt dwar dak li qal Fr Martin, napprezzaw jekk taqsam magħna il-Kummenti tiegħek Continue reading Lectio Divina għall-Ewwel Ħadd tar-Randan