Il-Familja, Il-Missier (II)

5. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 4 ta’ Frar 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nixtieq inkompli bit-tieni parti tar-riflessjoni tiegħi fuq il-figura tal-missier fil-familja. L-aħħar darba tkellimt dwar il-periklu tal-missirijiet “assenti”, imma l-lum pjuttost nixtieq inħares lejn l-aspett pożittiv. Anki San Ġużepp kien imġarrab jitlaq lil Marija, meta skopra li kienet tqila; imma ndaħal l-anġlu tal-Mulej li wrieh x’kien il-pjan ta’ Alla u liema kellha tkun il-missjoni tiegħu ta’ missier putattiv; u Ġużeppi, raġel ġust, “ħa lil martu għandu” (Mt 1:24) u sar il-missier tal-familja ta’ Nazaret. Continue reading Il-Familja, Il-Missier (II)