Il-martri tal-lum


Il-Ġimgħa, 6 ta’ Frar 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-kbir Ġwanni hu d-dulur ta’ tant Insara li llum huma mmassakrati għax b’ħajjithom iħabbru lil Alla li oħrajn jobogħduh.

Din tal-lum kienet waħda mill-omeliji l-aktar imqanqla tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta. Il-Papa kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-Vanġelu tal-ġurnata li jirrakkonta l-martirju ta’ Ġwanni l-Battista.

L-akbar bniedem li qatt twieled minn mara kien vittma ta’ Erodi Antipa. Għall-ewwel Ġwanni kien vittma tad-dlam tal-qalb meta ddubita jekk Ġesù kienx il-persuna li għaliha hu kien qed iħejji t-triq, imma jiċċekken u jgħaddi minn proċess ta’ purifikazzjoni u jasal għal tmiemu minn idejn re korrott li fl-istess waqt kien affaxxinat imma kien jibża’ mill-Battista.

Erodi jsib il-kuraġġ li jagħmel dak l-att atroċi minħabba l-inbid u b’hekk Ġwanni jtemm ħajtu bl-awtorità ta’ re medjokri, fis-sakra u korrott, minħabba l-kapriċċ u l-mibegħda vendikattiva ta’ mara adultera. Hekk jintemm l-akbar bniedem li qatt twieled minn mara.

Meta naqra din is-silta, qal il-Papa, nistqarr li nħossni kommoss u niftakar dejjem f’żewġ affarijiet.

L-ewwel niftakar fil-martri tagħna tal-lum, dawk l-irġiel, nisa, tfal, ippersegwitati, mibgħudin, imkeċċijin minn djarhom, ittorturati, immassakrati.

Din mhix ħaġa tal-passat. Dan qed jiġri llum. Dawn il-martri tagħna qed tintemmilhom ħajjithom bl-awtorità korrotta ta’ min jobgħod lil Ġesù Kristu. Illum qed niftakru f’San Pawl Miki u sħabu li għexu fis-seklu sbatax, imma jagħmlilna tajjeb niftakru fil-martri tal-2015!

Minbarra dan, il-fatt li l-kbir Ġwanni ċċekken sa ma sar ‘xejn’, ifakkarni wkoll li aħna ninsabu f’dit-triq u sejrin lejn l-art fejn kulħadd għad irid jasal. Dan iġegħelni naħseb fija nnifsi.

Anke jien għad nintemm. Ilkoll għad nintemmu. Ħadd ma xtara l-ħajja. Aħna lkoll, irridu jew ma rridux, mexjin fit-triq li teħodna lejn ix-xejn eżistenzjali tal-ħajja. Dan, almenu lili, jġegħelni nitlob biex ix-xejn tiegħi ikun jixbah kemm jista’ jkun lil dak ta’ Ġesù Kristu li xxejjen biex iġibilna s-salvazzjoni, temm ir-riflessjoni tiegħu l-Papa Franġisku.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.