Il-Familja. L-Ulied

6. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 11 ta’ Frar 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li rriflettejna fuq il-figuri ta’ l-omm u tal-missier, f’din il-katekeżi dwar il-familja nixtieq nitkellem fuq l-iben jew, aħjar, l-ulied. Nieħu spunt mix-xbieha sabiħa ta’ Isaija. Jikteb il-profeta: “Għolli u dawwar għajnejk madwarek u ara: ilkoll miġbura ġejjin għandek. Uliedek ġejjin mill-bogħod, u bnietek iġorruhom fuq id-dirgħajn. Imbagħad tħares u wiċċek jiddi, u tħabbat u timtela qalbek” (60:4-5a). Hi xbieha mill-isbaħ, xbieha ta’ hena li titwettaq fil-laqgħa mill-ġdid tal-ġenituri ma’ l-ulied, li jimxu flimkien lejn ġejjieni ta’ ħelsien u ta’ sliem, wara żmien twil imċaħħda u mifruda minn xulxin, meta l-poplu Lhudi sab ruħu mbiegħed minn artu. Continue reading Il-Familja. L-Ulied