Nhar l-Erbgħa tal-Irmied

L-Isqof Charles J. Scicluna Amministratur Appostoliku ta’ Malta Omelija nhar l-Erbgħa tal-Irmied Knisja ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun 18 ta’ Frar 2015

Fis-silta li smajna, mill-Evanġelu ta’ San Mark (Mt 6,1-6.16-18), il-Mulej Ġesù jitkellem dwar tlett atteġjamenti: is-sawm, il-karità u t-talb. Jekk nirriflettu ftit fuq dawn it-tlett atteġġjamenti, li b’xi mod huma l-qafas tal-mixja tagħna lejn l-Għid, liema mixja nsejħulha r-Randan, nirrealizzaw li meta nitkellmu fuq is-sawm qed nitkellmu fuq mixja li rrid nagħmel fuqi nnifsi billi nitgħallem niċċaħħad u nitgħallem ir-rażan. Continue reading Nhar l-Erbgħa tal-Irmied

Il-Familja. L-Aħwa

7. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 18 ta’ Frar 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Fil-mixja tal-katekeżi tagħna fuq il-familja, wara li rajna x’inhu r-rwol ta’ l-omm, tal-missier, ta’ l-ulied, il-lum imiss lill-aħwa. “Ħija” u “oħti” huma kelmiet li l-Kristjaneżmu jħobb ħafna. U, grazzi għall-esperjenza tal-familja, huma kelmiet li l-kulturi u ż-żminijiet kollha jifhmuhom. Continue reading Il-Familja. L-Aħwa