L-imħabba lejn it-tfal tista’ tieħu forom differenti. Ġrajja drammatika bażata fuq l-awtobiografija ta’ Helen Keller, The Story of my Life. Film mimli mumenti ta’ tensjoni u emozjoni li juri lil Helen, tifla għamja u truxa fil-kuntest tal-imħabba li kellhom lejha l-familjari tagħha f’kuntrast ma’ dik tal-edukatriċi, Annie Sullivan. Il-film li għandu messaġġ qawwi, anke għas-soċjetà ta’ żmienna li bħal donnu mhux dejjem tifhem li biex tħobb tassew trid tkun kapaċi wkoll taħsel għajnejk bid-dmugħ.
Wara li tkun rajt il-film, napprezzaw il-kummenti tieghek. https://laikosblog.org/laikos-cine-forum/