Grazzi li int Mara!

Patri Mario Attard OFM Cap

Kemm hu importanti għalina li nagħrfu u niċċelebraw lill-eroj u l-eroijni tagħna!” Din is-sentenza ma ħarġitx minn fommi, il-Patri! Imma minn fomm il-poeta Afrikana-Amerikana, Maya Angelou. U illum, il-Ħadd 8 ta’ Marzu, il-Jum Internazzjonali tal-Mara, il-jum li fih jiġu iċċelebrati l-kisbiet tan-nisa fl-istorja u fil-pajjiżi kollha ta’ taħt is-sema, jiena wkoll nixtieq ningħaqad mal-kor tal-umanità biex infaħħar u nuri l-apprezzament kbir tiegħi u tal-Knisja tad-don ta’ kull mara. Continue reading “Grazzi li int Mara!”

Il-Jiem Imqaddsa tal-Fidwa mal-Ikona tas-Salib ta’ San Damjan

Patri Mario Attard OFM Cap

F’dawn il-jiem imqaddsa, jiem li fihom nirriflettu u niċċelebraw bil-għan li ngħixu l-messaġġ tal-Fidwa tagħna l-bnedmin minn Ġesù Kristu, ħsibt li nħallu l-arti stess twassalna għal din ir-rejaltà ewlenija f’ħajjitna. Kif kien qal il-Papa Emeritu Benedittu XVI, nhar il-31 t’Awwissu 2011, quddiem folla ta’ 5,000 ruħ li nġabret bi ħġarha fir-residenza tas-sajf tiegħu f’Castel Gandolfo, daqs 15-il mil fin-naħa t’isfel ta’ Ruma, “l-arti għandha l-ħila tikxef il-bżonn tagħna li immorru lil hinn minn dak li naraw. Hija tirrevela l-għatx tagħna għas-sbuħija infinita, għal Alla”. Imnebbaħ mill-kliem dehni ta’ dan il-Papa kbir, li kellu mħabba kbira lejn l-arti, u kif ukoll għaliex jien Patri Franġiskan, ħsibt li nipproponilkom it-tifsira artistika u spiritwali tas-Salib ta’ San Damjan. Continue reading “Il-Jiem Imqaddsa tal-Fidwa mal-Ikona tas-Salib ta’ San Damjan”

L-għaxar ġawhriet

Patri Mario Attard OFM Cap

Iż-żmien tal-eżerċizzji hu żmien speċjali. Żmien ta’ grazzja. Mhux biss għall-poplu ta’ Alla li jisma’ bi ħġaru l-Kelma ta’ Alla. Iżda, u l-ewwel nett, għalina s-saċerdoti. Għalina li nħejju ruħna biex nagħtu dak li l-Mulej iqegħdilna f’qalbna, imsaħħaħ bil-qawwa tal-Iskrittura u t-tagħlim tal-Knisja tiegħu. Continue reading “L-għaxar ġawhriet”

Maħbubin għax nistgħu inħobbu

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-festa ta’ San Valentinu ġiet u għaddiet. Min jaf kemm intefqu flus fi fjuri, f’ikliet, f’rigali, f’weekend breaks. Inħallikom taħsbu! Imma taħsbu li nistgħu ngħidu li intefqu? Jew aħjar, u biex inkunu aktar korretti, ikun aħjar jekk ngħidu li ġew investiti? Fejn ir-relazzjonijiet jistgħu itulu, għalkemm jgħaddu mill-ixtiewi tagħhom, festa bħal San Valentinu tagħti aktar ħeġġa biex wieħed jissokta jinvesti fir-relazzjoni. Continue reading “Maħbubin għax nistgħu inħobbu”

Il-Misteru tal-Fidwa fil-Maġisteru ta’ Papa Franġisku

Kitba ta’ Dun Hector Scerri

F’ħarġa oħra ta’ din il-pubblikazzjoni (nru 30, tad-9 ta’ Diċembru 2014), kellna l-opportunità li napprezzaw il-Misteru tal-Inkarnazzjoni fil-Maġisteru ta’ Papa Franġisku. Ħsibt li issa li wasalna biex niċċelebraw il-jiem qaddisa tal-Ġimgħa l-Kbira u t-Tridu tal-Għid il-Kbir jixraq li nirriflettu dwar il-Misteru tal-Fidwa f’dak li għallem il-Papa. B’dan il-mod, permezz ta’ żewġ artikli, inkunu tajna ħarsa tajba lejn il-Kristoloġija fit-tagħlim li tana sa issa l-Papa preżenti. Continue reading “Il-Misteru tal-Fidwa fil-Maġisteru ta’ Papa Franġisku”

Nitgħallmu minnu

Patri Mario Attard OFM Cap

Issa l-arċidjoċeżi tagħna għandha r-ragħaj spiritwali ġdid tagħha. Kull ragħaj iġib miegħu l-bagalja tiegħu mimlija kif inhi bl-esperjenzi, bil-konvinzjonijiet, u b’għadd ta’ modi ta’ kif jista’ jeżerċita r-responsabbiltà episkopali li ġiet afdata f’idejh.

Dan l-aħħar, waqt li kont qiegħed naħdem fl-isptar, ġejt imnebbaħ b’din il-fehma interessanti. Illum, li missieri, Alla jaħfirlu, ħalliena, sirt aktar napprezzah. Għaliex, fin-nuqqas tiegħu, qiegħed nara kwalitajiet li, meta kien ħaj, għal xi raġuni jew oħra, ma stajtx nara. Għalkemm dejjem xtaqt li nara ħa napprezzah aktar. Kif tassew jixraqlu! Continue reading “Nitgħallmu minnu”

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jżur l-MCAST f’Raħal Ġdid

Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-istudenti u l-istaff tal-MCAST, f’Raħal Ġdid. L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ Marija Addolorata u wara żar Esebizzjoni fil-Kampus tal-Kulleġġ fejn kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ aktar żgħażagħ u jara l-proġetti tagħhom. Continue reading “L-Arċisqof Charles J. Scicluna jżur l-MCAST f’Raħal Ġdid”