Żjara ta’ korteżija mill-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-President ta’ Malta


Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2015: L-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna għamel żjara ta’ korteżija lill-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Iż-żjara saret fil-Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard.

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-E.T. il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca
Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard

Eċċellenza,
Grazzi tal-merħba li qed tagħtini. Jiena nwegħdek il-kooperazzjoni sħiħa tiegħi u tal-Knisja Kattolika f’din il-missjoni li għandek bħala Kap tal-Istat, jiġifieri li tkun ukoll sinjal tal-għaqda tar-Repubblika, tas-sikurezza, tal-għajnuna soċjali. Nirringrazzjak ukoll, mhux biss f’isem il-Knisja, imma f’isem tant NGOs Kattoliċi, tas-sapport kontinwu tiegħek, tal-ispirazzjoni tiegħek, tal-qalb ġeneruża tiegħek li hija wkoll ta’ xhieda sabiħa għalina bħala Nsara. Aħna nwiegħdu lill-Istat Malti, bħala komunità ta’ fidi, il-kooperazzjoni, ir-rispett reċiproku fl-awtonomija bejn Stat u Reliġjon jew Knisja. Imma fl-istess ħin huwa l-obbligu tagħna wkoll li nrawmu fi ħdanna ċittadini eżemplari, ċittadini li jemmnu fil-ġustizzja soċjali, fl-armonija soċjali, fit-tolleranza, imma wkoll fl-istat tad-dritt. U aħna fik Eċċellenza naraw il-garanzija tal-libertà tagħna. Nirringrazzjaw lill-Istat talli jiggarantixxi lil kull ċittadin Malti u Għawdxi l-libertà reliġjuża. Aħna fik naraw din il-garanzija. Nirringrazzjawk ħafna tal-missjoni ħerqana tiegħek u tal-eżempju tiegħek. Aħna wkoll inwegħdu, mhux biss kooperazzjoni, imma li nibqgħu attivi fil-preferenza tal-ħidma soċjali, edukattiva, formattiva u ta’ karità – ta’ għajnuna, għaliex inħossu li dak huwa l-Vanġelu konkret. Dan filwaqt li nidħlu fi djalogu mas-soċjetà, biex il-prinċipji li jippromovu l-ġid komuni jitqawwew u jkunu wkoll eredità sabiħa għall-ġenerazzjonijiet futuri. Grazzi Eċċellenza.
✝ Charles Jude Scicluna
Isqof titulari ta’ San Leone
Arċisqof-elett ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.