Il-Familja. It-Tfal I

10. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 18 ta’ Marzu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li kkummentajna fuq id-diversi figuri tal-ħajja tal-familja – l-omm, il-missier, l-ulied, l-aħwa, in-nanniet –, nixtieq nagħlaq dan l-ewwel grupp ta’ katekeżi fuq il-famlija billi nitkellem fuq it-tfal. Se nagħmel dan f’żewġ mumenti: il-lum se nitkellem dwar id-don kbir li t-tfal huma għall-umanità – veru, huma don kbir għall-umanità, imma huma wkoll imwarrbin bil-kbir għax lanqas iħalluhom jitwieldu – u hawn se nieqaf fuq xi feriti li sfortunatament jagħmlu l-ħsara lit-tfulija. Jiġuni f’moħħi dawk it-tfal kollha li ltqajt magħhom tul l-aħħar vjaġġ tiegħi fl-Asja: mimlijin ħajja, ħeġġa, u, min-naħa l-oħra, nara li fid-dinja ħafna minnhom qed jgħixu f’kundizzjonijiet xejn xierqa… Fil-fatt, minn kif huma ttrattati t-tfal tista’ tiġġudika s-soċjetà, u mhux biss moralment, imma anki soċjoloġikament, jekk hix soċjetà libera jew soċjetà lsira ta’ l-interessi internazzjonali. Continue reading “Il-Familja. It-Tfal I”