Talba għas-Sinodu fuq il-Familja

11. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 25 ta’ Marzu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-mixja tagħna ta’ katekeżi fuq il-familja, il-lum din hi waqfa xi ftit speċjali: se tkun waqfa ta’ talb.

Fil-fatt, fil-25 ta’ Marzu, fil-Knisja niċċelebraw solennement it-Tħabbira, bidu tal-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni. L-Arkanġlu Gabrijel iżur ix-xbejba umli ta’ Nazareth u jħabbrilha li sa tnissel u tiled l-Iben ta’ Alla. B’din it-Tħabbira l-Mulej idawwal u jqawwi l-fidi f’Marija, kif imbagħad jagħmel ukoll ma’ żewġha Ġużeppi, biex hekk Ġesù jista’ jitwieled f’familja ta’ bnedmin. Kemm hi ħaġa sabiħa din! Turina kemm profondament il-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni, hekk kif riedu Alla, jiġbor fih mhux biss it-tnissil fil-ġuf ta’ l-omm, imma anki l-ħajja fi ħdan familja vera. Continue reading Talba għas-Sinodu fuq il-Familja