Wara mixja f’jum sabiħ

Patri Mario Attard OFM Cap

Illum, it-Tlieta 3 ta’ Marzu, kien jum mill-isbaħ. Għalhekk, wara l-ikel u l-ħasil tal-platti fil-fraternità, qtajtha li ninżel passejn ħa ngawdi l-ġmiel ta’ dan il-jum.

Is-sema, ikħal nir, għaġġibni. Ippruvajt nippenetra b’ħarsti, dgħajfa kemm tridha, f’dak l-ikħal tal-għaġeb. Jgħidu li l-kulur ikħal tas-sema huwa r-rifless tal-baħar. Almenu lili hekk kienu fissruhieli. Hi x’inhi t-tifsira bqajt imsaħħar għal dak l-ikħal li ma stajt nippenetrah b’ħarsti imsammra fih. L-għaliex kull darba li ippruvajt inħares fil-fond tiegħu xi ħaġa qaltli li qatt m’hu se jseħħli nidħol fil-qalba tiegħu. Continue reading “Wara mixja f’jum sabiħ”