Il-Jiem Imqaddsa tal-Fidwa mal-Ikona tas-Salib ta’ San Damjan

Patri Mario Attard OFM Cap

F’dawn il-jiem imqaddsa, jiem li fihom nirriflettu u niċċelebraw bil-għan li ngħixu l-messaġġ tal-Fidwa tagħna l-bnedmin minn Ġesù Kristu, ħsibt li nħallu l-arti stess twassalna għal din ir-rejaltà ewlenija f’ħajjitna. Kif kien qal il-Papa Emeritu Benedittu XVI, nhar il-31 t’Awwissu 2011, quddiem folla ta’ 5,000 ruħ li nġabret bi ħġarha fir-residenza tas-sajf tiegħu f’Castel Gandolfo, daqs 15-il mil fin-naħa t’isfel ta’ Ruma, “l-arti għandha l-ħila tikxef il-bżonn tagħna li immorru lil hinn minn dak li naraw. Hija tirrevela l-għatx tagħna għas-sbuħija infinita, għal Alla”. Imnebbaħ mill-kliem dehni ta’ dan il-Papa kbir, li kellu mħabba kbira lejn l-arti, u kif ukoll għaliex jien Patri Franġiskan, ħsibt li nipproponilkom it-tifsira artistika u spiritwali tas-Salib ta’ San Damjan. Continue reading Il-Jiem Imqaddsa tal-Fidwa mal-Ikona tas-Salib ta’ San Damjan

L-għaxar ġawhriet

Patri Mario Attard OFM Cap

Iż-żmien tal-eżerċizzji hu żmien speċjali. Żmien ta’ grazzja. Mhux biss għall-poplu ta’ Alla li jisma’ bi ħġaru l-Kelma ta’ Alla. Iżda, u l-ewwel nett, għalina s-saċerdoti. Għalina li nħejju ruħna biex nagħtu dak li l-Mulej iqegħdilna f’qalbna, imsaħħaħ bil-qawwa tal-Iskrittura u t-tagħlim tal-Knisja tiegħu. Continue reading L-għaxar ġawhriet

Maħbubin għax nistgħu inħobbu

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-festa ta’ San Valentinu ġiet u għaddiet. Min jaf kemm intefqu flus fi fjuri, f’ikliet, f’rigali, f’weekend breaks. Inħallikom taħsbu! Imma taħsbu li nistgħu ngħidu li intefqu? Jew aħjar, u biex inkunu aktar korretti, ikun aħjar jekk ngħidu li ġew investiti? Fejn ir-relazzjonijiet jistgħu itulu, għalkemm jgħaddu mill-ixtiewi tagħhom, festa bħal San Valentinu tagħti aktar ħeġġa biex wieħed jissokta jinvesti fir-relazzjoni. Continue reading Maħbubin għax nistgħu inħobbu