L-għerf tal-qalb

Patri Mario Attard OFM Cap

Fl-okkażjoni tat-23 Jum Dinji tal-Morda, li ġie imwaqqaf minn San Ġwann Pawlu II, u li jiġi iċċelebrat bħas-soltu kull 11 ta’ Frar ta’ kull sena, Papa Franġisku ħareġ messaġġ għal dan il-jum partikulari. Il-messaġġ ta’ din is-sena jismu: L-għerf tal-qalb. Kont għajnejn għall-għama, kont riġlejn għaz-zopp (Ġobb 29,15).

Aktar minn sempliċiment nirrepeti dak li l-Papa Franġisku kiteb f’dan il-messaġġ sabiħ b’mod pappagallesk xtaqt nieqaf fuq frażi profonda mit-titlu tal-messaġġ: L-għerf tal-qalb. Ħadt gost ħafna li l-Papa silet it-titlu tiegħu mill-ktieb ta’ Ġobb. Ġobb huwa wieħed mill-personaġġi bibbliċi li għadda minn kull tbatija immaġinabbli. Tilef lil uliedu, ġidu u saħħtu. Kos hux! Għidli ftit jekk il-morda jitilfux huma wkoll lill-familja tagħhom, ġidhom u saħħithom? L-esperjenza tiegħi fl-Isptar Mater Dei tgħallimni li min jitlef saħħtu jkun tilef lill-familja tiegħu stess. Bħalissa tiġini quddiemi l-esperjenza ta’ missieri stess, Alla jaħfirlu. Meta kien pazzjent magħna f’Mater Dei seta’ igawdi lil ommi u lil ħuti? Le! L-għaliex lanqas meta kellu mumenti fejn kien jiġi f’tiegħu l-għejja u l-ħeddla tal-mard ma kienux jippermettulu li jgawdina. Fl-isptar ġieli niltaqa’ ma pazzjenti tal-flus! Jistgħu igawduhom? Jistgħu isiefru jew imqar li joħorġu jieklu mal-membri tal-familja tagħhom? Żgur li le! Mela dawn ikollhom moħħ! Continue reading L-għerf tal-qalb