In-nissieġ/a

Patri Mario Attard OFM Cap

Iċ-ċombini. It-trajbu. Il-ħajt. Il-magħżel. Il-labbra. Il-ħolqa. Il-minċott. Il-punt… Id-dinja tax-xogħol tal-idejn! Id-dinja li tkun Malti u Maltija! Fil-bżulija tal-id u s-sliem tal-moħħ! Ġenna ta’ sliem!

Xi xhur ilu kelli l-grazzja nduq din il-ġenna ta’ sliem. Dak is-sliem li joħroġ mill-qalb ħelwa u qalbiena tal-mara u tax-xebba bil-għaqal. Li jinsew lilhom infushom. U jintefgħu jaħdmu b’ruħhom u ġisimhom fuq biċċa xogħol tal-idejn. Punt wara punt. Bil-kalma. Bis-sliem. Bis-sewwa. Is-skiet imexxihom hu. L-għaliex is-skiet m’huwiex waħdu. Is-skiet huwa tqil. Tqil bil-ħajja. Anzi … l-Ħajja! Il-leħen ta’ Dak li hu l-Ħajja nnifisha. Ta’ Dak li qal: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja” (Ġw 14:6). L-istess leħen ta’ Dak li, fl-ewwel kapitlu tal-ewwel ktieb tal-Bibbja, il-Ġenesi, għammar: “‘Ħa jkun id-dawl.’ U d-dawl sar” (Ġen 1:3). U d-dawl sar għaliex ġej mid-Dawl! Minn dak li qal: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja” (Ġw 8:12). Continue reading “In-nissieġ/a”

Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet f’Garissa, il-Kenja

Il-Ġimgħa 3 ta’ April 2015: Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet f’Garissa, il-Kenja

Għeżież +Paul u +Joseph,
L-ewwelnett grazzi mill-qalb tax-xewqat sbieħ tagħkom għall-ħatra tiegħi bħala Arċisqof ta’ Malta.
Continue reading “Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet f’Garissa, il-Kenja”

Nidħol quddiem l-artal ta’ Alla. Ħdejn Alla, il-ferħ ta’ żogħżiti.

http://www.laikos.org/Intriobo.htm

Waqt li segwejt il-filmat taċ-ċelebrazzjoni b’tifkira tal-Aħħar Ċena tal-Mulej, li l-Papa Franġisku kien għadu kif temm ftit mumenti qabel ġewwa faċilità korrettiva f’Ruma, serqitli l-attenzjoni din it-tifla ċkejkna u fakkritni fil-kliem tar-rit li bih is-saċerdot kien jibda l-quddiesa kif jasal f’taraġ l-artal.  Introibo ad altare Dei.  Nidħol ħdejn l-artal ta’Alla.  Dak iż-żmien, l-abbati, f’isem il-komunità miġbura kien iwieġeb, Ad Deum qui laetificat iuventutem meam.  Ħdejn Alla, li jferraħ żogħżiti.  [klikkja]