Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet f’Garissa, il-Kenja


Il-Ġimgħa 3 ta’ April 2015: Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet f’Garissa, il-Kenja

Għeżież +Paul u +Joseph,
L-ewwelnett grazzi mill-qalb tax-xewqat sbieħ tagħkom għall-ħatra tiegħi bħala Arċisqof ta’ Malta.

It-tieni, f’isem il-Knisja f’Malta, nixtieq nesprimi s-solidarjetà tagħna mal-poplu Kenjan u magħkom, wara t-traġedja ta’ Garissa University College.
Il-Mulej isabbar il-qraba tal-vittmi innoċenti, u jrattab il-qalb kiefra tal-aggressuri u ta’ min hemm warajhom.

+ Charles
Arċisqof ta’ Malta