http://www.laikos.org/Intriobo.htm
Waqt li segwejt il-filmat taċ-ċelebrazzjoni b’tifkira tal-Aħħar Ċena tal-Mulej, li l-Papa Franġisku kien għadu kif temm ftit mumenti qabel ġewwa faċilità korrettiva f’Ruma, serqitli l-attenzjoni din it-tifla ċkejkna u fakkritni fil-kliem tar-rit li bih is-saċerdot kien jibda l-quddiesa kif jasal f’taraġ l-artal. Introibo ad altare Dei. Nidħol ħdejn l-artal ta’Alla. Dak iż-żmien, l-abbati, f’isem il-komunità miġbura kien iwieġeb, Ad Deum qui laetificat iuventutem meam. Ħdejn Alla, li jferraħ żogħżiti. [klikkja]