“Għaliex qed tfittxu lil min hu ħaj qalb il-mejtin?”

Din hija d-domanda li l-anġlu għamel lin-nisa. “Sa dakinhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.”  Minn dakinhar sallum għaddew 2000 sena.  Illum aħna fhimna!  Illum ngħidu li nemmnu li Kristu qam tassew! Li Kristu huwa ħaj!  Imma minkejja dan, sal-bieraħ stess konna għadna qed nagħmlulu l-viżtu, intellgħulu l-bnadar mezz’asta. Uħud minna libsu l-ingravata sewda.  U smajt li f’xi knejjes anke damask iswed dendlu. “Kemm [aħna] boloħ u tqal biex nemmnu!”

Jalla aħna lkoll li mitna miegħu fil-magħmudija, mil-lum stess insiru miegħu wkoll ħolqien ġdid. Awguri għal Għid Qaddis.