Il-brejkijiet

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kont fuq il-programm ferm popolari, li fih il-preżentatur għamel kumment li laqagħtni ħafna. U ġagħlni naħseb mhux ftit. Qal: “Fil-ħajja, il-brejkijiet tajbin għat-telgħa u anki għan-niżla”.

Jien, li nħobb nitgħallem minn kollox u minn kulħadd, f’dak il-ħin tal-programm intfajt naħseb u naħseb! Kos hux! Tajba din li l-brekijiet tajbin għat-telgħa u kif ukoll għan-niżla. Imma l-għaliex għat-telgħa? Qabel inwieġeb għal din il-mistoqsija nixtieq ngħid ħaġa li, almenu kif naħsibha jien, hija importanti ħafna. Immaġina karozza li trid seba’ għajnejn biex taraha. Għandha kollox jaħdem perfett. Kollox bil-push! Bil-buttuna! Elettronika avvanzata. Imma għandha difett wieħed. M’għandhiex brejkijiet! Mill-ewwel ngħidlek, avolja fil-karozzi ma nifimhx saħta: jew tirranġaha. Inkella … armieha! Continue reading Il-brejkijiet