L-Arċisqof jmexxi l-pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor

L-Erbgħa 8 ta’ April 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Il-Pellegrinaġġ telaq mill-Kappella ta’ San Klement u wara waqfa fil-knisja Parrokkjali, il-pellegrinaġġ kompla għall-Knisja ta’ San Girgor. Hemmhekk Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa.

Continue reading L-Arċisqof jmexxi l-pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor

Ibqa’ wieqfa!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Wieqfa! Taħt is-Salib! Il-Mara imnikkta. Il-Mara mweġġa’. Mill-ingratitudni tal-bniedem lejn Binha Mislub. Il-Mara li dejjem fittxet li tkun hemm għalih. Li ssalvah. Li tħarsu minn kull periklu. Imma issa ma setgħet tagħmel xejn. Għajr li tarahom ibiċċruhulha. Isallbuhulha. Saħansitra jifduhulha. Taħt għajnejha stess!

Sa minn meta kien daqs naqra, tarbija, x-xitan ried jeqridhula. Erodi raħ żejjed. U le! X’jien ngħid? Pinġih bħala l-perċimes tal-għedewwa tiegħu. U tafu l-għaliex dan kollu? L-għaliex beża’ li dan it-tfajjel tarbija kien se joħodlu s-saltna. Malajr qatagħha l-problema tafux! Bagħat joqtol is-subjien kollha minn sentejn l-isfel. B’tant kefrija! U ħruxija! Fejn tasal hux qalb il-bniedem? U dan l-ispettaklu makabru tad-dmija tafu l-għaliex seħħ? L-għaliex it-tifel kien il-Prinċep tas-Sliem! Continue reading Ibqa’ wieqfa!

Jekk għandek salib ġorru mhux tkaxkru!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

In-nofsiegħa ta’ filgħodu. Idoqq il-pager. Immur f’waħda mis-swali tal-isptar. Iddaħlet omm anzjana. Bintha mħawda. Ma tafx x’ser taqbad tagħmel.

Il-ħin jibda’ għaddej. Nasal fis-sala. Nidħol. Nistaqsi għall-persuna. “Għandha bżonn il-Griżma tal-Morda”. Immur biswit l-omm. Il-bint tidħol miegħi. Tibda’ titlob miegħi hi wkoll. Hija mara li temmen. Mela fis-saram żgur li se ssibha issejjaħ l-Isem Qaddis u Adorabbli tal-Mulej Ġesù biex isalvaha. Id-dmugħ beda nieżel ma’ ħaddejha. Iebsa li tara lil ommok sejra lura bil-minuti f’saħħitha. Iebsa! Imma din hi l-ħajja. Min xi darba twieled se tasallu wkoll is-siegħa li għad iħalli dan il-Wied ta’ dmugħ. Continue reading Jekk għandek salib ġorru mhux tkaxkru!

Il-Familja. It-Tfal II

12. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 8 t’April 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-katekeżi dwar il-familja l-lum qed inkomplu bir-riflessjoni tagħna fuq it-tfal, li huma l-isbaħ frott tal-barka li l-Ħallieq sawwab fuq ir-raġel u l-mara. Diġà tkellimna fuq x’rigal kbir huma t-tfal, imma l-lum sfortunatament hemm bżonn nitkellmu fuq “l-istejjer ta’ passjoni” li qed iġarrbu ħafna minnhom. Continue reading Il-Familja. It-Tfal II