Jekk għandek salib ġorru mhux tkaxkru!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

In-nofsiegħa ta’ filgħodu. Idoqq il-pager. Immur f’waħda mis-swali tal-isptar. Iddaħlet omm anzjana. Bintha mħawda. Ma tafx x’ser taqbad tagħmel.

Il-ħin jibda’ għaddej. Nasal fis-sala. Nidħol. Nistaqsi għall-persuna. “Għandha bżonn il-Griżma tal-Morda”. Immur biswit l-omm. Il-bint tidħol miegħi. Tibda’ titlob miegħi hi wkoll. Hija mara li temmen. Mela fis-saram żgur li se ssibha issejjaħ l-Isem Qaddis u Adorabbli tal-Mulej Ġesù biex isalvaha. Id-dmugħ beda nieżel ma’ ħaddejha. Iebsa li tara lil ommok sejra lura bil-minuti f’saħħitha. Iebsa! Imma din hi l-ħajja. Min xi darba twieled se tasallu wkoll is-siegħa li għad iħalli dan il-Wied ta’ dmugħ. Continue reading “Jekk għandek salib ġorru mhux tkaxkru!”