L-Arċisqof Charles J. Scicluna jilqa’ lill-Isqfijiet Maltin tal-Kenja


Il-Ġimgħa 10 ta’ April 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ lill-E.T. Mons. Paul Darmanin, Isqof ta’ Garissa u lill-E.T. Mons. Joseph Alessandro, Isqof Koadjatur ta’ Garissa, il-Kenja. Il-laqgħa ta’ korteżija saret fl-uffiċċju tal-Arċisqof, il-Kurja. Wara l-messaġġi li l-Isqfijiet għaddew lill-media, il-laqgħa kompliet f’forma privata.

Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-Isqfijiet Maltin tal-Kenja
Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għeżież ħuti fl-episkopat,

L-ewwelnett irrid nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom, tax-xogħol li qegħdin tagħmlu fil-Kenja, u li tagħtu ħajjitkom filwaqt li taqdu l-ħidma tagħkom. L-Episkopat jikkonferma x-xhieda tagħkom, għaliex l-Episkopat huwa forma ulterjuri ta’ xhieda u ta’ servizz. Permezz tal-preżenza tagħkom nixtiequ nwasslu s-solidarjetà tagħna mal-poplu ta’ Garissa, il-Kenja. Solidarjetà li tfisser ukoll appoġġ fejn dak kollu li għandna bżonn nagħmlu biex inkunu ta’ għajnuna konkreta, nimpenja ruħi li nagħmluh.

✝ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.