Id-demm tal-martri hu ż-żerriegħa tal-Insara

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Fl-aqwa xogħol li qatt ħareġ mill-pinna ta’ Tertuljanu, jiġifieri l-Apologeticus (Id-difiża), f’kapitlu 50 ta’ dan ix-xogħol kbir dan il-kittieb Nisrani jistqarr: “Id-demm tal-martri hu ż-żerriegħa tal-Insara”. Ma ninsewx li f’din id-difiża eċċellenti dan l-awtur Nisrani prolifiku tal-aħħar tat-tieni u l-bidu tat-tielet seklu tal-Kristjaneżmu f’Kartaġni kien qiegħed jitlob lill-istat biex jitollera legalment il-Kristjaneżmu. Tertuljanu ried li l-Insara jkunu almenu ittratti daqs il-membri ta’ settet oħra fi ħdan l-istess Imperu Ruman. Continue reading “Id-demm tal-martri hu ż-żerriegħa tal-Insara”

Il-Professjoni Solenni ta’ Sr Lilian Borg u l-25 Sena mill-Professjoni ta’ Sr Christine Borg fil-Festa tal-Ħniena Divina

It-12 t’April 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra quddiesa għall-Professjoni Solenni ta’ Sr Lilian Borg u l-25 Sena mill-Professjoni ta’ Sr Christine Borg fil-Festa tal-Ħniena Divina, fil-Monasteru ta’ Sant’Ursola l-Belt Valletta. Continue reading “Il-Professjoni Solenni ta’ Sr Lilian Borg u l-25 Sena mill-Professjoni ta’ Sr Christine Borg fil-Festa tal-Ħniena Divina”