Meta nara lilek nieħu r-ruħ!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Kull sala tal-Isptar hija storja fiha nnifisha! Ġrajja li għandha bidu i\da mhux tmiem. Għaliex anki meta l-persuna tmut għal din il-ħajja l-fidi Nisranija tagħna tgħidilna li l-persuna tgħix għal dejjem.

Meta nżur is-sala tad-Dialysis persuna, li soltu tkun kwieta u ma tkellem lil ħadd meta tkun qiegħdha mqabbda mal-magna tad-Dialysis, tħobb tgħidli: “Meta nara lilek nieħu r-ruħ!” Darba minnhom fettilli nistaqsiha l-għaliex. U l-persuna, bit-tbissima fuq wiċċha, qaltli: “Għax Patri int dawl fid-dlam!” Continue reading “Meta nara lilek nieħu r-ruħ!”

Il-Familja. Raġel u Mara I

13. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 15 t’April 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-katekeżi tal-lum hi ddedikata lil aspett ċentrali tat-tema tal-familja: dak tad-don kbir li Alla għamel lill-bnedmin meta ħalaq ir-raġel u l-mara u s-sagrament taż-Żwieġ. Din il-katekeżi u li jmiss sa jkunu dwar id-differenza u l-kumplimentarjetà bejn ir-raġel u l-mara, li qegħdin fil-quċċata tal-ħolqien divin; it-tnejn ta’ wara, imbagħad, ikunu fuq temi oħra taż-Żwieġ. Continue reading “Il-Familja. Raġel u Mara I”