L-umiltà Nisranija mhix masokiżmu imma mħabba


Il-Ġimgħa 17 ta’ April 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

L-umiljazzjoni fiha nfisha hi masokiżmu filwaqt li l-umiljazzjoni mġarrba li aħna nissaportu f’isem il-Vanġelu tagħmilna nixbħu lil Ġesù.

Huwa possibbli li l-bniedem jirreaġixxi għal sitwazzjoni diffiċli bil-mod kif irid Alla? Possibbli, qal il-Papa, u hija kollha kwistjoni ta’ ħin. Ħin biex inħalli s-sentimenti ta’ Ġesù jirfduna. Franġisku għamel din l-affermazzjoni hu u jispjega l-episodju li nsibu fl-Atti tal-Appostli fil-qari tal-lum. L-Appostli għaddejjin ġuri quddiem is-sinedriju akkużati li qed jipprietkaw il-Vanġelu li l-imgħallmin tal-liġi ma jridux jisimgħu.

Madankollu, fariżew mis-sinedriju, Gamaljel, bla tlaqliq jissuġġerixxi li jħalluhom jgħixu u jsostni l-argumetn tiegħu b’episodji li kienu diġà seħħew, iżda, qal Ġamaljel, jekk dak li jgħidu hu ġej minn Alla mhux se jinsparixxu bħlama sparixxew għaqdiet oħra qabilhom.

Is-sinedriju jaċċetta l-proposta u jagħżel li jirbaħ ftit ħin. Ir-reazzjoni tal-mexxejja mhix waħda li timxi fuq l-istint, fuq il-mibgħeda. Dan hu rimedju tajjeb għall kull bniedem.

Inħallu ż-żmien liż-żmien u dan iservina meta jkollna xi ħsieb ikraħ fuq l-oħrajn, meta nħossu antipatija, mibgħeda. Ma nħallux dawn is-sentimenti jikbru imma nieqfu biex jagħddi ż-żmien. Iż-żmien inissel l-armonija fl-affarijiet u jgħinn naraw dak li hu tajjeb fiċ-ċirkostanza. Imma jekk int tirreaġixxi fis-saħna, ċertament se tkun inġust. U anki lilek stess jagħmel ħażin dan. Dan hu parir: nagħtu żmien liż-żmien fil-waqt tat-tentazzjoni.

Meta f’qalbna jkollna l-għadab, huwa inevitabbli li dan jisplodi f’insult, fi gwerra u b’dawn is-sentimenti kontra l-oħrajn inkunu qed nitqgħabdu ma’ Alla.

Alla jħobb lill-oħrajn, iħobb l-armonija, iħobb l-imħabba, iħobb id-djalogu, iħobb li nimxu flimkien. Dan jiġri lili wkoll, ammetta l-papa. Meta xi ħaġa ma tgħoġbokx l-ewwel ma jiġik f’moħħok ma jkunx Alla, ikun xi ħaġa ħażina, dejjem.

Minflok, ejjew nieqfu u nagħmlu wisa għall-Ispirtu s-Santu biex iressaqna lejn dak li hu ġust, il-paċi. L-istess bħall Appostli li wara li ġew ifflaġellati, telqu minn quddiem is-sinedriju “kuntenti” għax kienu rċevew dawk l-offiżi minħabba l-isem ta’ Ġesù.

Is-suppervja iġġiegħelek tkun trid toqtol lill-oħrajn, l-umiltà, anki l-umiljazzjoni tagħmlek tixbaħ lil Ġesù. Din hi ħaġa li aħna ma naħsbux fiha. F’dawn iż-żminijiet, meta ħafna minn ħutna qed imutu martri minħabba Ġesù, huma jinsabu f’dan l-istat, għandhom dan il-waqt ta’ hena għax qed isofri l-inġustizzji u l-offiżi, anki l-mewt f’isem Ġesù.

Biex naħarbu mis-suppervja hemm triq waħda: niftħu qlubna għall-umiltà u l-umiltà qatt ma tiġi mingħajr umiljazzjoni. Din hi ħaġa li min-natura tagħna ma nifhmuhiex. Hija grazzja li rridu nitolbu għaliha.

Il-grazzja li nimitaw lil Ġesù. Imitazzjoni li taw xhieda tagħha l-martri tal-lum imma wkoll dawk il-ħafna bnedmin li ta’ kuljum jirċievu umiljazzjonijiet biex jiddefendu l-familja tagħhom u jgħalqu ħalqhom, ma jitkellmux u jissaportu għall-imħabba ta’ Ġesù.

Din hi l-qdusija tal-Knisja, din hi l-hena li tiġi mill-umiljazzjoni, mhux għax l-umiljazzjoni hija sabiħa, le, dak ikun masokiżmu, imma għax b’dik l-umiljazzjoni tkun qed tixbaħ lil Ġesù.

Hemm żewġ atteġġjamenti: dik li ningħalqu u li twassalna għall-mibgħeda, għar-rabja, li nkunu rridu noqtlu lill-oħrajn; u dik tal-ftuħ lejn Alla fit-triq ta’ Ġesù, li tgħinek taċċetta l-umiljazzjoni, anki kbira, b’dik l-hena ġewwinija għax int żgur li miexi fit-triq ta’ Ġesù, temm il-Papa.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.