X’mediċina dik!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Dan l-aħħar il-batterija xegħlet l-oranġo. Kien sinjal li l-Patri, bħalek mela, kellu bżonn jistrieħ! U hekk għamilt sieħbi! L-għaliex mill-ewwel irrankajtlu għal ġol-friex! Fejn taf kemm kelli bżonn!

U rqadt. Irqadt fil-paċi. Fis-skiet. Fi trankwillità kbira! Ħassejtni qisni l-mowbajl li jiċċarġja fuq iċ-ċarġer. Inkella l-kompjuter li, wara sagħtejn jaħdem fuq il-batterija, kellu bżonn jiċċarjġa ħalli jissokta b’xogħlu. Ħbieb tiegħi, ilkoll kemm aħna għandna bżonn niċċarġjaw ruħna. U, minħabba l-ammont ta’ xogħol u r-responsabbiltajiet kbar li rridu nerfgħu fuq spallejna, bilfors li l-kompjuter ta’ ġisimna u ta’ moħħna irridu ngħallmuhom jistrieħu. U nħalluhom jorqdu kemm għandhom bżonn! Mela mhux ħa nitfgħululhom limitu sakemm jorqdu! Continue reading “X’mediċina dik!”