Il-pajjiż tas-Salib!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Arahom! Wieħed wieħed! Imqiegħdha għarkupptejhom. Bħall-ħrief meħuda għall-qatla. Bħal nagħaġ f’id min iġiżżhom. Ma fetħux fommhom! Warajhom m’għandhomx l-id tal-ħbieb li qed iżiegħlu bihom bi ħniena! Mela! Għandhom warajhom irġiel mgħammda li, l-għaliex jibżgħu li jiġu identifikati, jinħbew wara maskra biex iwettqu att barbaru. U infami! Joqtlu persuni bla ħtija. U l-għaliex dan? Sempliċiment l-għaliex huma Insara. L-għaliex ġejjin “mill-pajjiż tas-Salib”. Tgħid għaliex hux li tkun Nisrani jfisser theddida għal uħud? Continue reading Il-pajjiż tas-Salib!

Tagħmel x’tagħmel nibqa’ nħobbok!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Illum jgħidulek li t-tradiment sar xi ħaġa komuni isemmix. Minn dejjem kien. Forsi illum iktar faċli biex jitwettaq. Il-mezzi tal-komunikazzjoni żgur li jiffaċilitaw din il-krudeltà biex iseħħ.

Għaxar snin ilu kien għamilhielha. Kien mar ma’ ħaddieħor. Qalbha ferihielha. Ħadet is-snin biex tfiq minnha. Imnalla li t-tlett itfal tagħhom kienu żgħar wisq dak iż-żmien biex jifhmu. Għaliex, li kieku fehmu x’kien seħħ fil-familja tagħhom żgur li ma kienux jaħfrulu. Imma issa x’se jagħmlu war li reġa’ għaxxaqha? Se jaħfrulu t-tieni darba? Iż-żmien jagħtina parir. Li hemm żgur hu li l-ferità reġa’ fetħalieha beraħ. Tgħid għaliex? Forsi għaliex ma kinitx ħelwa minn ilsienha? Jew kumplimenti għalih ma’ kellhiex jew skarsaw wisq? Forsi għaliex ma għarfitx tkun iktar ġentili miegħu? Jew hu ppretenda li martu qiegħdha hemm biex taqdih sesswalment biss? Speċi ta’ magna tas-sess? Continue reading Tagħmel x’tagħmel nibqa’ nħobbok!

Miftuħin għas-sorpriżi

It-Tlieta 28 ta’ April 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Nitolbu lill-Mulej “il-grazzja li meta l-Ispirtu, biċ-ċertzza tiegħu, jgħidli biex nagħmel pass ‘il quddiem, ma nibżax”. U nitolbu “biex ikollna l-kuraġġ appostoliku li nwasslu l-ħajja u sabiex il-ħajja nisranija tagħna ma nirridiċuhiex f’mużew tat-tifkiriet”

Continue reading Miftuħin għas-sorpriżi