L-Arċisqof iżur il-P.B.S. Creativity Hub f’Guardamangia


L-Erbgħa 6 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-P.B.S. Creativity Hub fi Guardamangia. L-Arċisqof kellu ċ-ċans li jiltaqa’ mal-Bord tad-Diretturi, mal-maganement u l-istaff tal-P.B.S. L_Arċisqof ta’ wkoll intervista fuq programm tal-preżentatur tar-radju Enzo Guzman fuq Radju Malta.

Il-Messaġġ tal-Arċisqof
P.B.S. Creativity Hub, G’Manġia

Mr Chairman, nirringrazzjak ħafna tal-kliem t’apprezzament tiegħek. L-ewwel dover li għandi huwa li nirringrazzja ħafna lilek, lid-diretturi, lill-maniġment u lill-ħaddiema, tas-sehem kbir li kellkom biex, flimkien mal-istazzjonijiet televizivi ewlenin l-oħra, ir-ritwal tal-Ingress tiegħi fil-21 ta’ Marzu li għadda seta’ jasal fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin. Dakinhar, apparti milli għamlet ix-xita li żammet ħafna nies id-dar, il-coverage straordinarjament effiċċjenti u effettiv li offrejtu, kien mezz biex il-Katidral, li ma setax iħaddan fiżikament lil eluf kbar ta’ nies, seta’ jasal fid-djar tal-poplu Malti. Kienet għalhekk attività nazzjonali minħabba s-servizz ikkordinat mill-P.B.S. bil-koperazjoni tal-istazzjonijiet Net u One.

Jiena napprezza wkoll l-isforzi li qed tagħmel il-P.B.S. biex il-prodott li toffru jkun ta’ kwalità, għaliex dejjem fhimt li dak li qed twasslu permezz tal-media fil-kultura Maltija għandu rwol edukattiv kbir. Ninnota pereżempju l-effett ta’ ċerti serje drammatizzati fuq l-istil ta’ ħajja tan-nies. Kif tafu, u kif jgħallmuna s-soċjoloġi, jekk irridu nwasslu valur lin-nies, irridu nirrakontawlhom storja. Napprezza għalhekk meta fl-istejjer drammatizzati tagħkom ikun hemm mhux biss l-entertainment imma jkun hemm ukoll valuri umani ta’ tolleranza u nklussività, li huma valuri partikolarment importanti fid-dinja tal-lum. Napprezza wkoll li hemm sforz kbir biex anke fl-input politiku – u din hija l-unika nota li se nippermetti lili nnifsi li nagħmel f’dan ir-rigward – ikun hemm rispett għall-veduti differenti li nħoss huwa s-sinsla tad-demokrazija, u dan ikun unur għal P.B.S. u ta’ awgurju tajjeb għall-istituzzjonijiet demokratiċi tagħna.
Nirringrazzjakom ukoll tal-preżenza li tagħtu lill-valuri reliġjużi. Nifhem li aħna qegħdin ngħixu f’dinja pluralistà imma napprezza wkoll il-fatt li l-poplu Malti, fil-maġġoranza tiegħu, għadu jħares lejn il-messaġġ Kattoliku bħala lingwaġġ li hu qrib ħafna tiegħu. Huwa f’dan id-dawl li dan is-servizz li intom qed tagħtu huwa ta’ utilità kbira għall-popolazzjoni li maż-żmien hija dejjem iżjed anzjana, u li l-cohort tan-nies id-dar li ma jistgħux joħorġu qed jikber, u allura dan huwa servizz umanitarju kbir ħafna.
Nirringrazzjakom tal-istedina tagħkom, u inħares ‘il quddiem lejn staġun ta’ koperazzjoni leali, biex naħdmu flimkien għas-servizz ta’ din l-art li aħna tgħallimna nsejħulha ‘ħelwa’ u nispera li bl-isforzi tagħna tibqa’ tgħożż ‘l-oħla dawl’ li rċiviet. Grazzi.
✝ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.