L-għoti tad-demm huwa mħabba konkreta għall-proxxmu


Is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna żar iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Pjazza San Luqa, Gwardamanġa. L-Arċisqof iltaqa’ mad-diriġenti u l-istaff tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, kif ukoll ma’ persuni li ser ikunu qegħdin jagħtu d-demm, fosthom saċerdoti u reliġjużi.

L-Arċisqof iltaqa’ wkoll mal-membri tal-LifeCycle li kienu qed jorganizzaw attività bil-għan li jinġabru l-flus b’risq il-pazjenti morda bil-kliewi, biex iktar nies jirreġistraw u jkunu donaturi tal-organi wara mewthom, u biex fl-istess waqt iħeġġu aktar nies jagħtu d-demm. Waqt din iż-żjara l-Arċisqof żar ukoll il-laboratorji l-ġodda tal-ipproċessar tad-demm.

Il-Messaġġ tal-Arċisqof

Dan iċ-iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn għoġobkom tistiednuni huwa ambjent ta’ ġenerożità kontinwà. Ħadt pjaċir niltaqa’ wkoll mal-kollegi tal-LifeCycle li sejrin l-Iżlanda, u nawgurawlhom minn issa u nispera li jkollhom is-sapport li dejjem kellhom għall-kawża tant ġusta. Li tagħti d-demm huwa li tagħti xi ħaġa minn tiegħek, imma fil-verita tkun qed tagħmel ħafna iżjed milli inti taħseb fl-effetti tal-għotja tiegħek, mhux biss fis-sinjifikat ta’ solidarjetà, imma propju fis-saħħa ta’ dak li jkun.

Aħna bħala Knisja, u l-esperti tagħna, qegħdin niffinaliżaw ir-risposta li se nagħtu għall-whitepaper dwar id-donazzjoni tal-organi, li huwa wkoll aspett importanti għaliex anke d-demm huwa organu li aħna kontinwament nipproduċu u li faċilment, speċjalment meta wieħed ikun ibiegħ is-saħħa bħal ħafna żgħażagħ, ikun jista’ jagħti b’ġenerożità kbira. Jien nirringrazzja lil tant Maltin u Għawdxin li parti miċ-ċiklu tas-sena tagħhom jinkludi wkoll vista lil dan il-Bank tad-Demm, u li joffru b’ġenerożità kbira id-demm tagħhom għall-ġid tal-proxxmu.

Nirringrazzja ħafna l-media tal-interess tagħhom u nappella lill-poplu Malti biex jibqa’ jkun ġeneruż ma’ dan id-depożitu tad-demm li hu mħabba konkreta għall-proxxmu.

✝ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.