Il-Familja. It-Tliet Kelmiet – Jekk jogħġbok … Grazzi … Skużani

17. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 13 ta’ Mejju 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-katekeżi tal-lum qisha l-bieb tad-dħul għal serje ta’ riflessjonijiet fuq il-ħajja tal-familja, il-ħajja vera tagħha, biż-żminijiet u l-ġrajjiet tagħha. Fuq dan il-bieb tad-dħul hemm miktuba tliet kelmiet, li diġà użajt kemm-il darba f’din il-pjazza. U dawn il-kelmiet huma: “jekk jogħġbok”, “grazzi”, “skużani”. Fil-fatt dawn il-kelmiet jiftħulna t-triq biex ngħixu tajjeb fil-familja, biex ngħixu fis-sliem. Huma kelmiet sempliċi, imma mhux daqshekk sempliċi biex inpoġġuhom fil-prattika! Fihom qawwa kbira: il-qawwa li nħarsu d-dar, anki qalb elf diffikultà u prova; min-naħa l-oħra, in-nuqqas tagħhom, ftit ftit jiftaħ xquq li jistgħu saħanistra jġarrfuha. Continue reading “Il-Familja. It-Tliet Kelmiet – Jekk jogħġbok … Grazzi … Skużani”