L-Arċisqof jitlob li jibda l-proċess għall-beatifikazzjoni ta’ Dun Mikiel Azzopardi


L-Erbgħa 13 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna talab lid-direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, biex jagħmel talba bil-miktub lilu, bħala Arċisqof ta’ Malta, biex jitlob li jibda l-proċess għall-beatifikazzjoni tal-fundatur tad-Dar, Mons. Mikiel Azzopardi. Dan tħabbar waqt messaġġ li l-Arċisqof għamel fl-inawgurazzjoni ta’ Misraħ San Giovanni XXIII, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.

Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, iddeskriva lil Dun Mikiel bħala qassis qaddis, dinamiku u li kien kapaċi joħlom u jwettaq. Qal li Alla bagħtu biex ikun ragħaj tal-poplu tiegħU, u li hekk għamel b’ħafna mħabba l-ewwel fl-Azzjoni Kattolika Maltija, fejn fost ħafna affarijiet oħra waqqaf il-Kummissjoni Ħidma Morda u Persuni b’Diżabilità. Minn hemm, Dun Mikiel kompla bil-ħidma tiegħu biex waqqaf id-Dar tal-Providenza, propju ħamsin sena ilu, fejn ġabar il-persuni b’diżabilità li kienu moħbija u mwarrba mis-soċjetà Maltija ta’ dak iż-żmien.

Dun Mikiel, kif inhu l-aktar magħruf, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987.

Il-Messaġġ tal-Arċisqof
Dar tal-Providenza, Siġġiewi
Jiena u nammira d-disinn ta’ dan il-misraħ, nammira wkoll żewġ aspetti arkitettoniċi li nħoss li għandhom sinjifikat profond u importanti. L-ewwelnett, il-fatt li l-misraħ huwa wieħed inklussiv, jagħti kenn u jilqgħak, imma fl-istess ħin huwa wkoll aċċessibli. Il-wita’ li nħolqot, bħal ma qalu r-residenti stess, tħallihom jimirħu lil hemm mill-misraħ. Mhux biss twassalhom lejn il-kappella, imma il-kappella tibgħathom f’missjoni fid-dinja.

Inħoss li dan il-messaġġ arkitettoniku għandu jkun it-tema fundamentali ta’ dan l-anniversarju importanti li qegħdin niċċelebraw, jiġifieri li l-persuni b’diżabilità, ir-residenti, għandhom ikunu parti mill-proġett inklussiv. Aħna għandna nilqugħhom fil-misraħ tas-soċjetà tagħna, imma fl-istess ħin għandna nwittulhom it-triq biex ikunu parti mis-soċjetà tagħna, u biex jimirħu f’aspetti oħra tal-ħajja pubblika.

Nixtieq naqsam magħkom dan il-ħsieb. Għadni kemm tlabt lil Fr Martin Micallef, biex, bid-data tal-lum, jitlobni nibdew l-istħarriġ għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Dun Mikiel Azzopardi. Grazzi.

✝ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.