Ejjew naħdmu biex verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku

It-Tnejn 18 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna stieden lill-edituri tal-aħbarijiet għal ikla li saret f’Angela House il-Pietà, immexxija mill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Orsolini ta’ Sant’Angela Merici. Din il-laqgħa tal-Arċisqof mal-edituri saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.

Continue reading “Ejjew naħdmu biex verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku”

Int prezzjuż/a!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Kienet tassew grazzja kbira għalija meta l-Mulej, permezz tas-superjuri tiegħi, tani l-grazzja li niġi magħżul u mibgħut bħala membru fil-fraternità Franġiskana Kapuċċina ta’ Għajn Dwieli sentejn ilu. F’dan il-kunventin u fil-Knisja ħelwa maqgħuda miegħu għamilt ħabib ma’ Sant’Antnin ta’ Padova! Imma min hu dan il-qaddis kbir u tant umli Franġiskan? Dan il-qaddis li kellu l-grazzja jiltaqa’ ma’ San Franġisk t’Assisi? Continue reading “Int prezzjuż/a!”

Għarkuptejja quddiem Don Bosco

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Don Bosco fostna! Hekk kien jgħid il-motto tal-programm tal-Urna ta’ San Ġwann Bosco. Liema programm kien ippreżentat u mħawwar b’mod mill-aktar sabiħ u nteressanti. U, fost dawk l-attivitajiet sbieħ li kien hemm imħejjija għal kull kategorija ta’ nies kelli x-xorti li nkun preżenti għall-programm tat-tfal. Dan il-programm ittella’ ġewwa l-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla, nhar il-Ħamis 14 ta’ Mejju. Continue reading “Għarkuptejja quddiem Don Bosco”