Ejjew naħdmu biex verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku


It-Tnejn 18 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna stieden lill-edituri tal-aħbarijiet għal ikla li saret f’Angela House il-Pietà, immexxija mill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Orsolini ta’ Sant’Angela Merici. Din il-laqgħa tal-Arċisqof mal-edituri saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.

Il-Messaġġ tal-Arċisqof
Angela House, Pieta’

Nirringrazzja ħafna lis-Sorijiet tal-Ursolini tax-xhieda tagħhom; inħoss li l-kelma tiegħi mingħajr ix-xhieda tagħhom tkun kelma vojta għaliex il-kelma trid tkun imwettqa’ bil-ħajja u b’xhieda. Nirringrazzja ħafna lilkom għeżież edituri tal-aħbarijiet talli ġejtu hawn. Napprezza ħafna l-preżenza tagħkom. Nispera li dawn il-laqgħat inkomplu nagħmluhom.

Il-messaġġ tiegħi, qasir ħafna, għal din is-sena huwa dan. Ejjew naħdmu biex fil-pajjiż tagħna verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku, fejn wieħed jista’ jesprimi l-opinjoni tiegħu mingħajr ma jiġi assassinat fil-karattru tiegħu. Ħija xi ħaġa li qed ninnutaha fuq diversi livelli. Bdejt inbati minnha jiena wkoll personalment għaliex sirt parti minn dak li jgħidulu Politically Exposed Person, imma m’hemmx għalfejn inkun Politically Assasinated Person. Jiġifieri, ghalkemm inħossni f’kategorija tal-PEP, Politically Exposed Person, u din għandha tibqa’ anke għaliex hemm ċertu kontabilità illi wieħed irid jirrispetta bix-xogħol li jkollu u bir-rwol tiegħu, imma m’hemmx għalfejn minn PEP naslu għal PAP – Politically Assasinated Person. Grazzi.

✝ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.