Il-bniedem tat-tama

Minn Patri Mario Attard OFM Cap                                                        

Il-motto kardinalizju tiegħu, Gaudium et Spes, jiġifieri l-hena u t-tama, ifisser ħajtu kollha. Il-Qaddej ta’ Alla, il-Kardinal Vjetnamita, François Xavier Nguyen van Thuân, għadda parti sostanzjali minn ħajtu mħabbat minn inġustizzji kbar imma, fl-istess ħin, imħarreġ fit-tliet virtujiet teologali tal-fidi, it-tama u l-imħabba. Minħabba l-vanġelu kien lest li jbati kull xorta ta’ tbatija speċjalment il-ġuħ u l-mibegħda li jġib miegħu l-fatt li tkun priġunier. Il-Kardinal kien vittma innoċenti tar-reġim Komunista fil-Vjetnam li żammu maqful għal tlettax-il sena sħaħ f’iżolament strett mingħajr qatt ħadd ma akkużah fuq xi ħaġa ħażina li seta’ wettaq. L-iskuża għal din il-priġunerija qarrieqa kienet sempliċiment għaliex kien meqjus bħala “perikoluż”. Madankollu, Van Thuân emmen bis-sħiħ li l-Mulej kien ħejja pjan apposta għalih f’dik il-ħajja krudili. Ittama kontra kull tama filwaqt li ħabb bi mħabba kbira lill-persekuturi tiegħu sal-aħħar. Interessanti ngħidu li wħud minn dawk stess li ħaqruh tant ġew misjuqa minn imħabbtu li sfaw ikkonvertiti minnu lejn il-Mulej Ġesù! Continue reading Il-bniedem tat-tama

Il-Familja. Edukazzjoni

18. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 20 ta’ Mejju 2015

Il-lum, għeżież ħuti, nixtieq nagħtikom merħba għax ilmaħt fostkom ħafna familji, l-għodwa t-tajba lill-familji kollha! Inkomplu nirriflettu fuq il-familja.

Il-lum sa nieqfu nirriflettu fuq karatteristika essenzjali tal-familja, jiġifieri l-vokazzjoni naturali tagħha li teduka ’l-ulied biex jikbru fir-responsabbiltà tagħhom infushom u ta’ l-oħrajn. Dak li fil-bidu smajna lill-Appostlu Pawlu jgħid hu sabiħ wisq: “Intom, tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan hu li jogħġob lill-Mulej. Intom, missirijiet, la ddejqux lil uliedkom, għax inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom” (Kol 3:20-21). Din hi regola għarfa: l-iben li hu edukat jisma’ mill-ġenituri u jobdi lill-ġenituri li ma jkollhomx għalfejn jikkmandawh b’mod ikrah, biex ma jaqtgħux qalb l-ulied. Continue reading Il-Familja. Edukazzjoni