Liema hi l-ħarsa li Ġesù qed jagħtini?

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Liema hi l-ħarsa ta’ Ġesù li qed inħoss fuqi?, staqsa l-Papa Franġisku waqt l-omelija ta’ dalgħodu. Ġesù rxoxt iħejji l-ikel għad-dixxipli tiegħu u wara li kiel jibda djalogu intens ma’ Pietru.  Continue reading “Liema hi l-ħarsa li Ġesù qed jagħtini?”

Eroj sieket tat-Tieni Gwerra Dinjija

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Nhar it-8 ta’ Mejju ħabat is-70 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Fost l-eroj siekta, iżda li xogħlu kien ta’ qlubija liema bħalha tul din il-gwerra qalila, kien dak ta’ Eugenio Pacelli, jew kif nafuħ aħjar bħala Papa Piju XII.

L-azzjoni diretta tiegħu salvat il-ħajja ta’ aktar minn 11,000 Lhudi f’Ruma tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan joħroġ ċar minn dokumentazzjoni li sabu l-istoriċi daqs 4 snin ilu. Ir-rappereżentant tal-Pave the Way Foundation fil-Ġermanja, l-istoriku u r-riċerkatur investigattiv Michael Hesemann, skopra numru ta’ dokumenti oriġinali u mportanti ħafna fir-riċerka tiegħu fl-arkivji miftuħa fil-Knisja ta’ Santa Maria dell Anima, li hija l-Knisja Nazzjonali tal-Ġermanja f’Ruma. Continue reading “Eroj sieket tat-Tieni Gwerra Dinjija”