Uff! … Aħħ!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Uff! Xi sħana! Iftaħ naqra dik it-tieqa! Ixgħel naqra dak l-AC! Ħa mmut bis-sħana! X’nieżel!

Din hija l-latanija li qiegħdin nisimgħu bħalissa. Litanija li ilna ngħiduha. Inlissnuha kull sena. Żgur li mhux bid-devozzjoni tat-talb tafux! Daqskemm bir-rabja li qed tagħmel is-sħana. Uħud minna, sforz il-frustrazzjoni li taħkimhom, iduru lejn il-Mulej u jgħidulu: “Iva għaliex qed tagħtina daqshekk sħana. Ma nifilħuhiex!” Imma, ngħid jien, fis-sajf x’tistenna? Mhux sħana? Continue reading “Uff! … Aħħ!”