Il-Ħamis, 28 ta’ Mejju 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta
Hemm Insara li jbiegħdu lin-nies minn Ġesù għax jaħsbu biss dwar ir-relazzjoni personali ma’ Alla. Hemm oħrajn li jbiegħdu n-nies minn Ġesù għax negozjanti, mondani jew riġidi ż-żejjed. Imma hemm Insara li jisimgħu verament l-għajta ta’ min għandu bżonn lill-Mulej. Dan hu fil-qosor il-ħsieb tal-omelija li l-Papa Franġisku għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Continue reading “L-Insara mondani jew riġidi jbiegħdu lin-nies minn Ġesù”