Of Gods and Men

Dan mhux riklam għall-film.  Onestament nistqarr li jiena ghadni ma rajtux.  Imma dak li jghid Fr Robert Barron f’din il-clip qasira, u dak li qalli dalghodu wiehed Ħabib tiegħi, impressjonawni.

Għalhekk dan huwa riklam  .. mhux għall-film, imma għal dawk kollha li bħal protagonisti f’din l-istorja għadhom jagħzlu t-Triq tal-Vanġelu, minkejja kull tfixkil u kull theddid.  Fuq kollox huwa riklam għal Dak li minkejja li m’għandu bżonn ebda riklam, qalilna … “Morru mad-dinja kollha u għamlu dixxipli mill-ħolqien kollu.”